Lokali

Attività b’risq id-Dar tal-Providenza fil-Kumpless MonteKristo

Il-Ħadd li ġej se tittella’ ġurnata ta’ divertiment għall-familja kollha f’MonteKristo Estates, b’risq id-Dar tal-Providenza. Din hi l-ewwel darba li l-Kumpless MonteKristo se jinfetaħ kompletament għall-pubbliku.

Il-prezz tad-dħul hu €5 u se jmur kollu bħala donazzjoni għad-Dar tal-Providenza. Il-flus miġbura se jgħinu lil din id-Dar f’numru ta’ proġetti li se jkomplu jtejjbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħha. It-tfal taħt it-12-il sena jidħlu b’xejn.

Fost l-attivitajiet li se jittellgħu fil-kumpless MonteKristo, se jkun hemm wirja ta’ karozzi klassiċi, attivitajiet varji għat-tfal u diversi stalls tal-ikel. Il-MonteKristo Equestrian Club se jorganizza wkoll wirjiet ta’ horse jumping.

Il-pubbliku se jkun jista’ jżur ukoll il-Mużew tat-Trasport u l-Park tal-Annimali li hemm fl-istess kumpless.