Lokali

Illejla f’Iswed fuq l-Abjad

Id-deputat Laburista Marlene Farrugia hi l-mistiedna tal-programm Iswed fuq l-Abjad li se jixxandar illejla fuq Net Televison fid-disa’ neqsin kwart bi preżentazzjoni ta’ Frank Psaila.

Id-deputata Laburista se titkellem dwar il-futur politiku tagħha, x’taħseb dwar it-tmexxija ta’ Joseph Muscat wara l-ewwel sena fil-gvern, se titkellem dwar ir-riżenja ta’ Godfrey Farrugia minn Ministru tas-Saħħa u se titkellem dwar it-tmexxija ta’ Simon Busuttil bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fit-tieni parti tal-programm se ssir intervista mad-deputat nazzjonalista, l-avukat Jason Azzopardi li fost oħrajn jitkellem dwar storja, żvelata fl-aħħar ġranet fejn raġel allegatament ħebb għal uffiċjal tal-pulizija ġewwa l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż Żabbar, u li dwar dan il-każ il-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit waqqaf il-proċeduri kriminali

Għalhekk, illejla segwu l-programm Iswed fuq l-Abjad fuq Net Television