Lokali

l-Kanoniżżażżjoni ta’ Dun Mikiel Attard

Il-Proċess Djoċesan tal-Beatifikażżjoni u l-Kanoniżżażżjoni ta’ Dun Mikiel Attard infetaħ waqt konċelebrażżjoni solenni li tmexxiet mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Greċh fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex nhar is-Sibt filgħaxija.

Fl-omelija tiegħu għal din l-okkażjoni, l-Isqof Mario Greċh tkellem dwar kif Dun Mikiel Attard, li hu, bħal ħafna saċerdoti oħra, jiftakru direttur spiritwali tiegħu fis-Seminarju u kompla jsegwih anki fil-ħajja saċerdotali tiegħu, qal li, bħal Ġesù, anki Dun Mikiel kien solidali mal-poplu ta’ Alla għax kien fil-veru sens tal-kelma “saċerdot tan-nies” li, imma, “jaf il-ġewwieni ta’ Alla”.

Wara l-omelija tal-Quddiesa, il-Postulatur tal-Kawża, Patri Tony Sċiberras, talab uffiċjalment lill-Isqof biex iwaqqaf it-Tribunal u ta bidu għall-Proċess Djoċesan. Imbagħad il-Kanċillier tal-Kurja, Monsinjur Salv Debrinċat, qara d-Digriet tal-Isqof li bih ħatar il-membri tat-Tribunal.

Wara li l-Isqof innifsu ha l-ġurament, anki l-membri tat-Tribunal, flimkien mal-Postulatur u l-Viċi-Postulatur, ħadu l-ġurament ta’ fedeltà fit-twettiq tal-inkarigu li gie fdat lilhom. Imbaghad il-Postulatur ippreżenta lill-Isqof il-lista ta’ 65 xhux li se jidhru quddiem it-Tribunal biex jagħtu x-xhieda tagħhom f’din il-kawża.

Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-Kanċillier tal-Kurja habbar li t-tieni sessjoni tat-Tribunal se ssir it-Tnejn 4 ta’ Awwissu fil-11 a.m., fis-sede tat-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Kurja ta’ Għawdex, bl-ewwel xhud ikun Monsinjur Alfred Xuereb.

Dun Mikiel Attard twieled fin-Nadur, Għawdex, nhar l-1 ta’ Ottubru 1933 u ġie ordnat saċerdot fit-12 ta’ April 1959. Hu ghex is-saċerdożju tiegħu b’mod umli, kollu kemm hu mogħti għal Kristu u għall-Knisja.

Dun Mikiel kellu heġġa kbira għan-nies u kien lest jissagrifika lilu nnifsu, anki sa tard bil-lejl, biex jisma’, ifarraġ u jgħin lil dawk li kellhom bżonn l-għajnuna tiegħu fil-qrar jew fid-direzzjoni spiritwali.

Kellu devozzjoni kbira lejn Ġesù Ewkaristija u lejn il-Madonna Ta’ Pinu. Għen ħafna biex l-ispirtu tal-Konċilju Vatikan II jiġi mifhum u aċċettat fil-Knisja lokali. Kien ihobb lil art twelidu, ihoss ghall-htigiet tal-poplu u jinteressa ruħu fil-ħtigiet soċjali. Anki meta ma kienx mifhum jew sab lil min ma jaqbilx mieghu, hu dejjem ġarrab kollox fis-skiet għall-imħabba ta’ Kristu.

L-ispirtu ta’ sagrifiċċju u r-rabta ta’ qalbu mar-rieda ta’ Alla urihom speċjalment fl-aħħar snin ta’ ħajtu. Dun Mikiel Attard baqa’ joffri lilu nnifsu bħala offerta ħajja lil Alla sakemm miet fit-30 ta’ Lulju 2004.