Futbol Sport

Uffiċjali: Arturo di Napoli l-kowċ ġdid ta’ Vittoriosa Stars

Arturo di Napoli hu l-kowċ il-ġdid ta’ Vittoriosa Stars wara li dalgħodu ffirma l-kuntratt tiegħu mal-klabb u mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ.

Di Napoli llum għandu 40 sena, u matul il-karriera twila tiegħu bħala attakkant, bejn l-1993 u l-2012 hu lagħab għal diversi klabbs, ewlenija fosthom Napoli, Inter u Palermo.

Wara li rtira, hu mexxa lil Rieti, Riccione u Savona bħala kowċ.

Fl-aħħar jiem din il-kariga’ kienet se timtela’ minn Fausto Silipo, tant li saħansitra siti Taljani ħabbru li dan kien diġa’ ffirma. Madankollu fl-aħħar jiem inqalgħu xi problemi familjari għal Silipo.

Din l-aħbar kienet żvelata fuq Replay (Net Television).