Futbol Sport

Żebbuġ jippreżentaw lil Rashid Yussuff

Żebbuġ Rangers ippreżentaw l-akkwist ġdid tagħhom; l-eks plejer ta’ Charlton Athletic, AFC Wimbledon u tat-tim nazzjonali Ingliż fil-livelli ta’ youths Rashid Yussuff.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, Yussuff irrifjuta offerti ta’ klabbs oħra minn kampjonati ewlenin madwar id-dinja biex għażel il-proġett ta’ Żebbuġ Rangers.

F’kummenti li ta, Yussuf qal li jinsab eċitat għal din l-isfida ġdida il-karriera tiegħu u li ngħaqad ma’ klabb b’ambizzjoni għas-suċċess.

Fir-ritratt: L-aġent George Williams minn Newbreed Sports Management, it-Team manager Leonard Spiteri u l-uffiċjal tal-klabb Ian Francalanza.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).