Futbol Sport

Brian Spiteri jirritorna bħala kowċ ta’ Lija Athletic

Lija Athletic ħabbru lil Brian Spiteri bħala l-kowċ tagħhom sa tmiem l-istaġun li ġej. Hu diġa mexxa’ lill-iskwadra fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Żurrieq F.C. s-Sibt li għadda.

Din se tkun it-tielet esperjenza tiegħu fit-tmexxija ta’ Lija Athletic. L-ewwel esperjenza ta’ Spiteri bħala kowċ tal-klabb kienet fl-2004 meta bħala plejer/kowċ mexxa’ lill-klabb għat-tielet promozzjoni fil-Premier fl-istorja tal-klabb.

Spiteri rritorna fit-tmexxija tal-klabb fi Frar tal-2012 fejn akkwista passaġġ storiku għas-semi finali tal-FA Trophy u kien ukoll qrib ir-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Brian Spiteri hu wkoll eks plejer tal-istess Lija.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).