Fil-jiem li ġejjin mistennija jaslu f’pajjiżna żewġ attakkanti Niġerjani bi prova ma’ Tarxien Rainbows. Dawn huma Junior Obagbemiro ta’ 29 sena u Obinna Ajoku ta’ 30 sena.
Junior Obagemiro kien qed jilgħab l-aħħar fit-tielet diviżjoni tal-Finlandja ma’ Kajaanin Haka fejn lagħab 25 darba u skorja 12-il gowl. Qabel din l-esperjenza, Obagbemiro lagħab għal Air India fejn fl-istaġun 2012/13 skurja 18-il gowl fi 23 partita.
Barra minn dawn il-klabbs, ħarsa lejn il-karriera tiegħu wieħed jara kif dan il-plejer dar diversi pajjiżi fosthom l-Iran ma’ Esteghlal F.C., in-Nepal ma’ Brigade Boys Club u Three Star Club, fil-Malażja ma’ Sabah FA, fil-Bangladesh ma’ Brothers Union, fl-Indja ma’ Sporting Goa, United S.C. u Salgaocar F.C. u fir-Russja ma’ FC Spartak Kostroma.
Minn naħa l-oħra Obinna Ajoku kien qed jilgħab l-aħħar fl-ogħla diviżjoni fit-Tajlandja.
Ajoku għal dawn l-aħħar żewġ staġuni lagħab ma’ Air Force United u Pattaya United fit-Tajlandja. Qabel din l-esperjenza, Ajoku lagħab għal diversi staġuni fil-Vietnam.
Hu fatt magħruf li matul dan ix-xahar tas-suq tat-trasferimenti, Tarxien Rainbows bidlu ħafna mill-barranin hekk kif naqqsu l-baġit li kienu qed jonfqu fuq il-barranin u qed iġibu plejers barranin, ħafna minnhom minn Spanja wara li fl-ewwel parti tal-istaġun kellhom plejers mill-Brażil.
Iktar dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>