Futbol Sport

Luke Montebello jiffirma ma’ Żebbuġ Rangers

L-internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Luke Montebello se jkun qed ikompli l-kumplament tal-istaġun ma’ Żebbuġ Rangers wara li llum intlaħaq qbil ma’ Valletta biex il-plejer ikun trasferit b’self.

Montebello, li għandu 19-il sena, talab hu stess sabiex ikun trasferit sabiex ikollu aktar opportunita’ ta’ logħob u Valletta aċċettaw it-talba tal-plejer.

Il-bieraħ il-Facebook Page ta’ Replay żvelat b’mod esklussiv li Montebello kien qed jinteressa lil Sliema Wanderers u Żebbuġ Rangers, u kien illum li l-President ta’ Żebbuġ u Valletta rispettivament laħqu qbil bejnithom.

Żebbuġ, li qed jaspiraw li jsalvaw posthom fil-Kampjonat Premier, qed ifittxu li jiffirmaw difensur barrani u għada se jkun qed jasal f’pajjiżna Monday James, li fil-passat lagħab mat-tim nazzjonali ta’ Niġerja.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).