Sas-19.00 tal-Erbgħa filgħaxija kien hemm 163 kandidat li tefgħu n-nomina tagħhom. Kien hemm 79 nomina f’isem il-Partit Nazzjonalista, 77 nomina f’isem il-Partit Laburista, 6 kandidati f’isem l-Alternattiva Demokratika u kandidat 1 bħala Indipendenti.
L-elezzjonijiet se jsiru f’dawn il-lokalitajiet: il-Birgu, l-Isla, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi,Ħ’Attard,Ħal Balzan, Ħad-Dingli, Birżebbuġa, il-Furjana, il-Gżira, Għajnsielem, Ħal Għargħur, il-Ħamrun,l-Iklin,Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaxlokk, il-Mosta, il-Munxar, in-Nadur, Raħal Ġdid, il-Qala, Ħal Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, is-Swieqi, ix-Xagħra, iż-Żebbuġ uż-Żurrieq.
Agħfas hawnhekk biex taqra aktar.
//= $special ?>