Lokali

Filmat: Il-Karnival imur għand il-Pampalun

Il-Karnival ta’ din is-sena kellu tappa oħra fil-belt Valletta, din id-darba fi Triq Marsamxett, hekk kif il-ħaddiema u żeffiena tal-kumpanija ta’ Pawlu Curmi l-Pampalun ngħaqdu quddiem id-dar tiegħu.

Akkumpanjati minn karru tal-Karnival u l-mużika ferrieħa tal-Karnival, huma offrew spettaklu u sellmu lil dan l-ikona tal-Karnival f’Malta.

Dan hekk kif wara snin twal, Pawlu Curmi l-Pampalun tilef iċ-ċelebrazzjonijiet tant għal qalbu tal-Karnival minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

It-tobba ordnawlu l-mistrieħ biex jirkupra kemm jista’ jkun malajr, u minn informazzjoni li għandna jidher li Pawlu m’għandu xejn serju.

Persuni li tkellmu magħna fissrulna d-dieqa li kellu Pawlu minħabba li kien se jitlef dan iż-żmien hekk għażiż għalih.