MaltaRightNow f’intervista esklussiva mal-Isqof Malti ta’ Bengazi Silvestru Magro
“Il-kuxjenza ma tippermettili qatt li nħalli warajja n-nagħaġ li huma l-merħla tiegħi”. L-Isqof Malti ta’ Bengazi Silvestru Magro qal dan f’intervista esklussiva ma’ MaltaRightNow.com.
Fl-intervista, Silvestru Magro jgħid li s-sitwazzjoni fil-Libja hi kumplessa ħafna, b’ħafna interessi. Hemm kaos u diffiċli terġa’ tirrenja l-istabbiltà. Irid ikun Alla l-Imbierek biss li jerġa’ jġib is-serenità f’dan il-pajjiż, jgħid l-Isqof Malti.
Silvestru Magro ġie Malta fl-aħħar jiem wara vjaġġ ta’ siegħat sħaħ minn Bengazi. Fil-jiem li ġejjin hu se jkun qed jivjaġġa lejn Ruma biex jagħti rendikont lill-Papa Franġisku dwar is-sitwazzjoni f’Bengazi.
Ara l-intervista sħiħa fil-filmat t’hawn fuq.
//= $special ?>