Eluf ta’ Maltin u Ghawdxin li ilbieraħ filgħaxija nġabru fil-knejjes madwar Malta u Għawdex biex jiċċelebraw il-qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu mill-imwiet, f’ċerimonja tal-Vġili tal-Għid.
Bħas-soltu, din il-Viġili kienet waħda miżgħuda b’simboliżmu fosthom bil-mixgħela tal-blandun, bir-rit tal-Magħmudija u bil-kant tat-tħabbira tal-Għid, meta l-Knisja tinxtegħel u tqum mid-dalma li tkun fiha.
Intant, l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna ikkonċelebra ċ-ċerimonja tal-Vġili tal-Għid fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta, bil-Kurja toffri wkoll servizz ta’ live streaming permezz tal-internet biex il-pubbliku jkun jista’ jsegwi ċ-ċerimonja.
//= $special ?>