Il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, flimkien mall-Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Birgu, ilbieraħ ħadu d-deċiżjoni li titħassar il-purċissjoni bil-vara devota ta’ San Lawrenz.
Il-drapp tal-festa fil-Birgu laħaq iżżarma kollu, bis-sehem ta’ numru kbir ta’ volontiera.
Ilbieraħ tħassar ukoll il-marċ fil-Mosta li kellu jsir, filwaqt li membri tal-Grupp Armar Marija Assunta żarmaw l-armar u l-istatwi mit-triq biex ma ssirx ħsara. Anke fl-Imqabba kellu jiġi mibdul il-programm tal-festa f’ġieh l-Assunta fejn bħal-bieraħ isir il-Kunċert tal-banda Re Ġorġ V. Dan il-programm xorta sar iżda ġie trasferit lejn l-Iskola Primarja tal-Imqabba.
//= $special ?>