Il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux se jkun qed jippubblika r-rapport intern li sar b’investigazzjoni dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena.
Joseph Muscat kien ġie rappurtat li qal li kien se jippubblika r-rapport investigattiv, anke jekk il-liġi ma tippermettix dan. Madanakollu, il-Prim Ministru u l-Uffiċju tal-Prim Ministru (OPM) kienu baqgħu jinsistu li r-rapport mill-‘Internal Audit and Investigations Department’ (IAID) ladarba dan ikun mgħoddi lil-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Fuq Dissett l-Erbgħa filgħaxija, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan ir-rapport mhux se jkun ippubblikat “biex ma jippreġudikax” il-konklużjoni tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditjar, li talab ir-rapport investigattiv.
Lura f’Awissu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien appella lill-Gvern biex jippubblika l-inkjesta dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena.
//= $special ?>