Il-Ministeru tal-Affarjiet Interni qal li l-korp tal-pulizija bħalissa jinsab fil-proċess ta’ reklutaġġ ta’ 100 kuntistabbli u l-applikazzjonijiet qegħdin jaslu fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija. 229 kuntistabbli ġodda ġew irreklutati fl-aħħar sentejn u nofs.
Il-Forza tal-Pulizija bħalissa għandha 2,100 membru, l-akbar numru ta’ pulizija f’dawn l-aħħar ħames snin. 1050 uffiċjal huma stazzjonati fid-Distretti tal-Pulizija filwaqt li 1135 jagħmlu parti mid-diversi skwadri speċjalizzati.
Il-proċess ta’ reklutaġġ se jkun maqsum fi tliet partijiet; il-fiżika, l-intervista u l-eżami mediku.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq din il-link: http://www.pulizija.gov.mt/mt-mt/vacancies.aspx
//= $special ?>