Lokali

Aġġornata: Jaqa’ ajruplan żgħir fil-limiti tax-Xlendi; ħadd ma’ weġġa

Ritratt : Nadia Said

Ajruplan ta’ żewġ passiġġieri Taljani jidher li tilef il-kontroll u waqa’ fil-baħar fil-limiti tax-Xlendi. Ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija jidher li għal xi raġuni l-mutur tal-ajruplan waqaf bil-konsegwenza li l-pilota kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fuq il-baħar.

Il-Pulizija permezz ta’ stqarrija kkonfermaw li l-pilota li għandu 55 sena u kif ukoll raġel ieħor ta’ 61 sena li kien miegħu waqt it-titjira, ngħataw l-ewwel għajnuna minn żewġ persuni li f’dak il-ħin kienu bid-dgħajsa tagħhom.

Fuq il-post, kien hemm ambulanza, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ritratti ; Mark Attard

incidnet xlendi

xlendi ajruplan

xlendi ajruplan 3

(L-ewwel ritratt li ntuża kien ritratt mill-Arkivji u mhux tal-ajruplan li waqa’)