Lokali

FILMAT : Is-sajjied li salva ż-żewġ persuni abbord l-ajruplan żgħir li waqa’ fix-Xlendi, jirrakkonta dak li ġara

Ritratti : Nadia Said – news@netmedia.com.mt

Wieħed miż-żewġ Taljani li kienu abbord l-ajruplan żgħir li lbieraħ filgħaxija waqa’ ‘l barra mix-Xlendi, malli kien salvat, l-ewwel ħaġa li ħaseb kienet, li ma kienx se jgħix.

Qal dan is-sajjied, Joseph Bugeja, li f’intervista ma’ NetNews.com.mt irrakkonta kif salva liż-żewġ persuni li waqgħu fil-baħar bl-ajruplan. Joseph jirrakkonta li fil-ħin tal-inċident hu kien qed jistad fejn it-Torri tax-Xlendi bid-dgħaja, meta minn taħt il-għajn ra xi ħaġa fil-baħar. Hu ħaseb li kienet xi dgħajsa maqluba jew żewġ dgħajjes, fl-istess waqt hu lemaħ life jacket u f’daqqa waħda beda jisma’ l-għajjat.

F’dan il-mument hu resaq lejh bid-dgħajsa u salva l-ewwel persuna. Kien hu stess li indikalu li l-persuna l-oħra kienet fuq in-naha l-oħra tal-baħar mingħajr life jacket, fl-istess waqt ir-raħel l-ieħor spara flare fl-ajru biex jindika fejn kien jinsab.

Joseph qalilna li hekk kif salva liż-żewġ persuni, wieħed minnhom qallu, li ħaseb li kien se jmut. Fortunatament iż-żewġ persuni ma’ sofrew l-ebda ġrieħi.

Iż-żewġt irġiel, Taljani, wieħed ta’ 55 sena u l-ieħor ta’ 61 sena bdew il-vjaġġ tagħhom minn Agricento u dan mingħajr ma kienu nfurmati l-awtoritajiet Taljani u lanqas Maltin.

L-inċident seħħ ‘l barra mix-Xlendi wara li l-mutur tal-ajruplan waqaf jaħdem u għalhekk il-pilota kellu jagħmel inzul ta’ emerġenza.

L-ajruplan żgħir, minhabba li hu sea plane, baqa’ fil-wiċċ, u mal-lejl tħalla marbut mal-blat. Filgħodu bdiet ħidma biex l-ajruplan jittella’ l-art, waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.

13475106_10154310944953748_1856387596672820483_o

ajruplan new

ajurplan xlendi