Knisja Lokali

Titkisser skultura tal-arkun fis-saqaf tal-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Luqa

Skultura fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Luqa, li kienet saret fi żmien il-Kappillan Kan. Dun Karm Camilleri mill-artist il-Kav. Joseph D’Amato, tkisser biex minfloku ssir skultura mill-artist Joseph Micallef. Din l-iskultura l-ġdida kienet ġiet indurata wkoll bid-deheb.

Skont il-Kappillan Dun Gordon Refalo, l-iskultura tneħħiet b’Digriet tal-Arċisqof Mons Charles Scicluna wara li l-Kummissjoni Arti-Sagra qalet li ma kinitx taqbel mal-istil tal-Knisja.

Bħal l-iskultura li tneħħiet, fil-Knisja hemm ukoll l-erba’ arkuni ta’ taħt il-koppla, li l-iskultura tagħhom se tibqa’. L-istess se jiġri wkoll bl-iskultura tat-tieni ordni fl-istess arkun li se jitkisser.