Iżda l-Pulizija qalet li mhux se tieħu passi kontra Neville Gafà, persuna ta’ fiduċja ta’ Joseph Muscat
Il-ġurnal The Malta Independent ippubblika ‘chats’ b’konversazzjonijiet bejn Neville Gafà u Khaled Ben Nasan, intermedjarju li qed jallega li Gafà għandu jirritorna €38,000 li żamm b’mod abbużiv mill-iskandlu tal-visas mediċi.
Fl-iskandlu tal-visas mediċi, qed ikun allegat li Neville Gafà żamm fil-but €38,000 minn skema li permezz tagħha ħareġ numru kbir ta’ visas mediċi għal Libjani li kellhom bżonn jiġu Malta għal trattament mediku.
L-allegazzjonijiet saru minn Khaled Ben Nasan, intermedjarju bejn Neville Gafà u numru ta’ Libjani li applikaw għall-visas mediċi. F’ittra li Ben Nasan bagħat lill-Ministru Konrad Mizzi permezz tal-avukat tiegħu, hu allega li Neville Gafà kien talab 42 persuna is-somma ta’ €2,500 fix-xahar għall-ispejjeż tat-trattament u akkomodazzjoni. Apparti minn hekk kien jitlob €100 mingħand kull pazjent.
Fl-ittra lil Konrad Mizzi, Ben Nasan allega li Neville Gafà, mill-flus kollha li ġabar għall-visas mediċi, żamm €38,000 għalih b’mod abbużiv. Dan peress li li l-flejjes imħallsa ma ntużawx għall-iskop li kienu tħallsu, jiġifieri biex jinħarġu l-visas mediċi.
Iċ-‘chats’ ippubblikati minn The Malta Independent juru konversazzjonijiet bejn Neville Gafà u Khaled Ben Nassan. Fihom, Ben Nassan jitlob lil Gafà għal aktar minn darba biex jiltaqgħu sabiex jirritorna it-€38,000. Iċ-‘chats’ juru lil Gafà jipposponi milli jiltaqa’ ma’ Ben Nassan minkejja diversi attenti mill-intermedjajru.
Ilbieraħ, il-ġurnal Times of Malta żvela li l-Pulizija mhux se tieħu passi fil-konfront ta’ Neville Gafà b’rabta ma’ dan l-iskandlu tal-visas mediċi. Neville Gafà hu persuna qrib ħafna tal-Prim Ministru Joseph Muscat, tant li wara l-elezzjoni ġenerali ddaħħal jaħdem f’Kastilja f’position of trust. Aktr tard mar jaħdem fil-Ministeru tas-Saħħa ma’ Konrad Mizzi.
Ritratti: The Malta Independent
Il-Pulizija qed tikkunsidra li tieħu passi kontra l-‘whistleblower’ – Times of Malta
Intant, il-ġurnal Times of Malta żvela li l-Pulizija qed tikkunsidra li tieħu passi kontra l-whistleblower, Khaled Ben Nassan. Ben Nassan hu l-persuna li żvela l-iskandlu tal-visas mediċi f’ittra li bagħat lill-Ministru Konrad Mizzi.
Fl-ittra lil Konrad Mizzi, Ben Nassan żvela li Neville Gafà għandu jirritorna €38,000 lilu bħala intermedjarju ta’ numru ta’ Libjani li applikaw għall-visas mediċi iżda li ma nħarġitilhomx. Wara li ntbgħatet l-ittra lil Konrad Mizzi, l-iskandlu faqqa’ fil-media.
Dwar dan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li taħt Gvern immexxi minnu, ma jkun hemm qatt każ ta’ whistleblower li dwaru jittieħdu passi mill-Pulizija.
//= $special ?>This would never happen under my watch: The PM's friend gets scot-free while the whistleblower faces prosecution. https://t.co/oNQnkW6X3H
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) August 24, 2016