Fl-istess konferenza stampa saret referenza għall-kumment li kien għadda Andrè Schembri lill-media lokali wara l-partita tat-tim nazzjonali Malti kontra l-Ingilterra. Dan il-kumment kien proprju dak li ġiegħel lill-MFA biex tagħmel il-konferenza stampa biex tispjega x-xogħol li sar fis-settur taż-żgħażagħ.
Fi programmi oħra wara din l-intervista, Darmanin Demajo kien qabel ma’ parti mill-kumment li t-tim nazzjonali m’għamilx progress sinifikanti u qabel ukoll li f’20 sena ftit inbidlu affarijiet f’termini ta’ riżultati.
Iżda l-President tal-MFA tenna dak li qal fl-aħħar jiem, li eżattament ma jafx x’ried ifisser Andrè Schembri b’dak il-kumment. Mistoqsi jekk kellux xi kuntatt ma’ Andrè Schembri wara dak il-kumment, Darmanin Demajo wieġeb fin-negattiv fejn tenna li Andrè Schembri jgħix barra minn Malta minħabba l-karriera tiegħu ta’ plejer, u għalhekk minħabba l-iskeda tiegħu, ma kellux ċans li jagħmel laqgħa miegħu bħal plejers l-oħra Maltin.
Ħafna kienu qed jimmaġinaw li wara dikjarazzjoni li ġabet diskussjoni nazzjonali, il-President kien se jagħmel xi forma ta’ kuntatt ma’ Schembri, kemm b’telefonata, skype jew ukoll setà mar il-President. L-unika mezz ta’ komunikazzjoni li kien hemm bejn iż-żewġ partijiet, kien bejn is-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo u l-plejer, bil-proabilità tkun li ż-żewġ naħat jiltaqgħu fil-logħba li jmiss tat-tim nazzjonali x-xahar id-dieħel.
//= $special ?>