Illejla, fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sfida lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jgħid ta’ min hi t-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama, u li nfetħet fl-istess żmien ma’ dawk taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni sfida wkoll lill-Prim Ministru jgħid minn fejn ġejjin il-miljun ewro fis-sena li wegħdu kemm Keith Schembri u anke Konrad Mizzi minn commissions biex ipoġġuhom f’kontijiet sigrieti fil-Panama.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni sfida wkoll lill-Prim Ministru biex jikkonferma r-rapporti li l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi kellha l-kuntratt tagħha fiċ-Ċina mġedded, minkejja l-wegħda tal-Ministru Mizzi li l-kuntratt tagħha se jintemm f’Awwissu li għadda.
Il-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna dawn ir-risposti mill-Prim Ministru li qed imexxi Gvern burdell.
//= $special ?>