Internazzjonali

Il-Karnival fil-Ġermanja taħt id-dell tat-terroriżmu

L-awtoritajiet fil-Ġermanja qed jipprojbixxu li trakkijiet kbar jidħlu fiċ-ċentru ta’ Kologne u bliet oħra fejn fi tmiem il-ġimgħa se jkun hemm ċelebrazzjonijiet kbar għall-Karnival. Dan minħabba l-attakki li kien hemm fiċ-ċelebrazzjoni tal-14 ta’ Lulju f’Nizza u wara f’Berlin waqt il-Milied. Apparti minn hekk, f’Bonn u f’Essen tpoġġew barrieri tal-konkos biex jimblukkaw vetturi milli jidħlu fiz-zoni fejn ikunu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet u bi probabbiltà kbira se jsir l-istess f’Dusseldorf. F’Düsseldorf, bħal f’Kologne, se jkun hemm pulizija armati, għalkemm l-awtoritajiet fiż-żewġ bliet qalu li ma kellhom ebda ħjiel li qed jinħema xi attentat.