Ewropa Internazzjonali

Juncker iwissi lir-Renju Unit dwar il-kont tal-Brexit

Jean-Claude Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, wissa li r-Renju Unit għandu jiffaċċja ‘spiża qawwija ferm’ għall-proċess tal-Brexit.
Hu wiegħed sentejn ta’ ‘negozjati diffiċli’ ladarba jibdew it-taħditiet bejn Londra u Brussell dwar il-kundizzjonijiet għat-tluq tar-Renju Unit mill-UE.
F’diskors li għamel lill-Parlament Ewropew, Juncker enfasizza li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ‘mhux se jsir b’xi skont għall-Britanniċi.
Sadanittant, hu wissa li jridu jgħaddu s-snin għall-qbil dwar il-bażi tar-relazzjonijiet futuri bejn Londra u l-Unjoni Ewropea. Hu spjega wkoll li l-Britanniċi jridu jirrispettaw l-impenji li tfasslu bis-sehem tagħhom ‘u għaldaqstant, iridu jistennew li l-ispiża tkun waħda kbira’.
Ir-rapporti ssuġġerew li r-Renju Unit jista’ jkollu jħallas sa 60 biljun ewro lill-UE, ladarba jibdew it-taħditiet għall-Brexit.