Dokumenti u emails mibgħuta l-Panama juru biċ-ċar li l-Ministru Konrad Mizzi kien iddeskriva lilu nnifsu bħala “espert fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart”.
Dan joħroġ minn storja ppubblikata llum fit-Times.
F’kummenti fuq Twitter, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li din hija prova oħra li Konrad Mizzi din il-ġimgħa gideb mill-Membri Parlamentari Ewropej li kien f’pajjiżna jinvestigaw l-iskandlu tal-Panama Papers.
//= $special ?>Clear proof that @KonradMizzi lied to MEPs. No wonder they see this as a 'textbook case of money laundering'. #PanamaPapers @langen_werner pic.twitter.com/qTbnZv05AT
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) February 23, 2017