Lokali

Hold-up f’banka tal-lottu fir-Rabat

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li seħħ hold-up f’banka tal-lottu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.45pm fi Triq San Pawl, fir-Rabat, Malta, fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li raġel liebes hoodie  u nuċċali tax-xemx, armat ukoll b’arma taqta’ u bil-ponta, daħal fil-banka tal-lottu u talab il-flus lill-impjegata ta’ 58 sena mir-Rabat stess.

Filwaqt li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, l-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Demicoli LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.