Lokali

AĠĠORNATA BIL-FILMATI U RITRATTI: David Abela inqatel u wara nstab minn martu fis-Swieqi

Ir-raġel nstab maqtul b'daqqiet ta' sikkina, marbut b'tape kemm minn idejh, saqajh u ħalqu

David Abela ta’ 51 sena nqatel u instab ġewwa d-dar privata tiegħu fi Triq il-Ġiżi fis-Swieqi.

Ir-raġel instab bla ħajja f’għadira kbira ta’ demm mill-mara tiegħu stess għall-ħabta tal-5pm. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fil-post. Mill-informazzjoni li għandna r-raġel instab marbut b’tape kemm ma saqajh, idejh u anke ħalqu.

David Abela huwa s-sid tal-kumpanija ’21st Century Travel’ u  ’21st Century Limousines’.

Ma’ Netnews.com.mt, il-Pulizija qalet li dan il-każ huwa wieħed ta’ omiċidju. Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-katavru dam fir-residenza għal tul twil ta’ ħin fejn għadha għaddeja l-investigazzjoni.

Fis-sigħat li ġejjin mistennija li ssir l-awtopsja fuq il-kadavru.