Brian Spiteri ta’ 57 sena mill-Mellieħa tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ 3 sulari.
Il-każ seħħ fi Triq l-Etna, fil-Mellieħa stess, meta għal xi raġuni mhux magħrufa l-vittma għeleb waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ residenza.
Fuq il-post ssejħet minnufih għall-assistenza ta’ tim mediku tal-ambulanzi, madanakollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Brian huwa iben l-eks Deputat Nazzjonalista u Perit Carm Lino Spiteri.
//= $special ?>