Lokali

ESKLUSSIVA: Frank Testa viċin ħafna ta’ Manuel Mallia

Fl-2014, Testa jifraħ fuq Twitter bir-rebħa Laburista fl-elezzjoni tal-MEPs
Manuel Mallia kien ħatru fil-Bord tal-Pulizija Frank Testa ntgħażel minn Muscat biex jinvestiga l-każ tal-indħil politiku fit-traffikar tad-droga f’Għawdex

Frank Testa, il-persuna li ntgħażel minn Joseph Muscat biex jinvestiga l-każ tal-indħil politiku fit-traffikar tad-droga f’Għawdex, huwa avukat qrib ħafna tal-Partit Laburista.

Il-Ministru Manuel Mallia – li fiż-żmien meta seħħ l-allegat indħil politiku fil-każ tat-traffikar tad-droga f’Għawdex, kien il-Ministru tal-Pulizija – kien ħatar lil Frank Testa fil-Bord tal-Pulizija. Dan ifisser li Frank Testa hu viċin ferm ta’ Manuel Mallia.

Frank Testa mhux biss hu mid-distrett elettorali ta’ Manuel Mallia, iżda diversi persuni minn Tas-Sliema u li tkellmu ma netnews.com.mt spjegaw kif qabel l-aħħar elezzjoni, kien wieħed minn dawk li ħadmu biex Manuel Mallia jiġi elett fil-Parlament.

Dan il-fatt li qed jiġi żvelat minn dan is-sit ipoġġi xenarju differenti fuq il-kredibilità ta’ din l-inkjesta, hekk kif il-persuna li qed imexxiha hu persuna viċin ħafna tal-Ministru li kien tal-Pulizija dak iż-żmien li seħħ il-każ.

Dan mhux l-uniku fatt li jpoġġi dawl ġdid fuq il-kredibilità ta’ din l-inkjesta.

Frank Testa – l-avukat magħżul minn Muscat biex itih il-fatti ta’ dan il-każ – kemm-il darba kkummenta b’mod pubbliku favur l-istess Muscat u kontra l-Partit Nazzjonalista. Fatti li mhux biss juru l-allejanza politika ta’ dan l-avukat, iżda l-mod ta’ kif jaħsibha fuq l-avversarji politiċi tiegħu.

It-tweets ta’ Frank Testa tistgħu tarawhom hawn taħt: