Nicole Bailey, żagħżugħa ta’ 23 sena, weħlet multa ta’ £175 wara li sabet £20 mal-art, ġabrithom u żammithom hi.
Il-każ seħħ fi Blurton, Stoke-on-Trent, fir-Renju Unit, b’Bailey li nqbdet tiġbor il-flus minn mal-art f’filmati ta’ kameras tas-sigurtà u għalhekk tressqet il-Qorti.
Bailey ammettiet l-akkuża li minflok ħadet dawn il-flus f’għassa tal-Pulizija, ġabrithom u żammithom hi.
Skont il-liġi Maltija, anke f’pajjiżna l-Pulizija għandhom dritt iressqu lil xi ħadd il-Qorti jekk isib flus fl-art u jonqos milli jgħaddihom lill-Pulizija iżda jżommhom hu.
//= $special ?>