It-Tieqa tad-Dwejra hija attrazzjoni prinċipali ma’ kull turist li jiġi f’Malta u Għawdex, iżda lkoll nafu l-periklu li kull jmur jmur din it-tieqa qed tkompli ċċedi. Għaldaqstant matul l-aħħar snin, b’mod speċjali fl-aħħar sena saru diversi appelli biex persuni ma’ jitilgħux fuq din it-tieqa, saħansitra l-Gvern kien ħabbar li kien introduċa multa ta’ €1,500 għal dawk li jinqabdu jimxu fuq it-tieqa tad-Dwejra.
Iżda kif inhu evidenti fuq dan il-filmat, din ir-regola mhux qed tkun infurzata u għaldaqstant ħafna nies qed jibqgħu jirriskjaw ħajjiethom kif ukoll ikomplu jagħmlu ħsarat lil din it-tieqa li tant tattira turisti lejn Għawdex.
//= $special ?>