Lokali

FILMAT U RITRATTI: Ħidma biex tinstab mara li waqgħet il-baħar f’Tas-Sliema

L-AFM bħalissa f'tas-Sliema għaddejjin bit-tfittxija għal mara li waqgħet il-baħar f'Tas-Sliema.

Mara waqgħet il-baħar f’Tas-Sliema, fl-akwati ta’ Għar id-Dud, għal ħabta tas-5.45 ta’ filgħaxija.

Bħalissa għadha għaddejja ħidma ta’ salvataġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta biex din tinstab u tittella’ mill-baħar, hekk kif il-post fejn waqgħet hu kemmxejn perikoluż minħabba t-temp. Flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati, fuq il-post f’Tas-Sliema mal-ewwel marru Membri tal-Protezzjoni Ċivili u anke Ambulanza kienet fuq il-post.

Il-kundizzjonijiet tat-temp ħadmu kontra l-ħidma ta’ salvataġġ, hekk kif id-dlam u l-kurrent qawwi tal-baħar fixkel it-tfittxija għall-mara.

Waqt din it-tfittxija, intalbet l-għajnuna tal-lanċa u l-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, madanakollu l-mara s’issa għadha ma nstabitx.

Aktar informazzjoni kif tidħol.