Lokali

Kwerela kriminali kontra l-ġurnalist Mario Frendo

Il-Pulizija sejħet għal Mario Frendo, li minn naħa tiegħu mar l-Għassa ta' Ħaż-Żebbug biex jagħti l-verżjoni tiegħu dwar kif u għaliex mar fil-post u fl-għalqa ta' madwar din il-villa kontroversjali.

Il-ġurnalist ta’ NET News Mario Frendo se jkun qed jittella’ l-Qorti taħt akkużi kriminali wara kwerela preżentata lill-Pulizija b’rabta ma’ xogħol ġurnalistiku li kien qed jagħmel dwar il-villa f’art agrikola u ODZ tar-raġel ta’ bint l-eks Deputat Laburista Bertu Pace.

Mario Frendo ntalab imur l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żebbuġ biex jiġi mitkellem dwar kwerela mressqa minn individwu, u li permezz tagħha l-Pulizija ġew mogħtija struzzjonijiet biex iressqu lill-ġurnalist ta’ NET News il-Qorti b’akkużi kriminali.

Aktar: Il-villa ta’ bint l-eks Deputat Laburista kważi lesta f’art agrikola u ODZ

Il-Ħamis filgħaxija Mario Frendo mar l-Għassa tal-Pulizija fejn hemmek ta l-verżjoni tiegħu dwar kif u għaliex mar fil-post, bil-ġurnalist ta’ NET News jinsisti li fl-inħawi ma kien hemm xejn li jagħti x’jifhem li kien qed jidħol f’art privata. Mario Frendo kien assistit mill-Avukat Kris Busietta.