Knisja Kultura Lokali

RITRATTI: Fir-Rabat tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp

Festa San Ġużepp ir-Rabat
Il-festa pubblika ta' San Ġużepp tiġi ċċelebrata fir-Rabat

F’Ħadd tipikament tar-Rebbiegħa, b’temperaturi li laħqu d-dsatax-il grad celsius, fir-Rabat kienet iċċelebrata l-Festa ta’ San Ġużepp. Festa li normalment mdorrijin biha bħala btala pubblika fost il-ġimgħa imma din is-sena ġiet il-Ħadd.

Il-festa fir-Rabat il-Ħadd filgħodu bdiet bil-quddiesa ta’ Jum il-festa li għaliha kienu preżenti l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Fi tmiem din il-quddiesa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla jdur il-każini fir-Rabat u wkoll iltaqa’ mar-Rabtin li qed jiċċelebraw din il-festa. Il-festa fir-Rabat jilħqu l-qofol tagħhom il-Ħadd filgħaxija fejn bħal kull sen aissir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp.

Minn għada l-Knisja ddedikata lil San Ġużepp tbiddel kompletament l-atmosfera festiva u tipprepara ruħha għat-tifkira ta’ Jum il-Ġimgħa l-Kbira li din is-sena se jkun fl-14 ta’ April.