Internazzjonali

Polemika ġdida dwar il-Eurovision; il-kantanta Russa mhux se titħalla tkanta

Samoilova, il-kantanta Russa

Il-Eurovision f’nofs polemika taħraq. Dan hekk kif l-Ukrajna ħabbret li mhux se tħalli l-kantanta Russa tipparteċipa għaliex kienet marret tkanta fil-Krimeja fl-2015.

Ir-Russja kienet għaqdet il-Krimeja mal-kumplament tal-pajjiż fl-2014.

L-Ukrajna se torganizza l-Eurovision ta’ din is-sena f’Mejju li ġej.