Lokali

“Għadni taħt xokk” – Klinsmann Coleiro jara l-inċident ta’ dalgħodu jseħħ quddiem għajnejh

Hekk kif dalgħodu żagħżugħ ta’ 21 sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa, il-kantant Klinsmann Coleiro irrakkonta fuq il-midja soċjali kif segwa l-inċident isir quddiem għajnejh.

Filwaqt li insista li kien għadu taħt xokk, issummat b’dak li kien għadu kemm ra, huwa spjega li immedjatament niżel mill-karozza sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lil Redeemer Tesi, madanakollu Klinsmann qal li sfortunatament ma’ seta’ jagħmel xejn.

https://www.facebook.com/permalink.php?story_fbid=10154972957320734&id=689690733

Bosta kienu dawk li permezz tal-midja soċjali esprimew id-dieqa tagħhom għat-telfa tal-ġuvni minn Raħal Ġdid li ħasdet lil kulħadd.

Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.