Lokali

Jekk qed tgħaddi l-filmat tat-tfajla fil-karozza lil sħabek … qed tikser il-liġi!

Fl-aħħar sigħat filmat ta’ tfajla jkollha x’taqsam sesswalment ma’ raġel f’karozza qed idur fuq siti soċjali, iżda fuq kollox qed jingħadda minn persuna għall-oħra.

It-tfajla kienet liebsa l-flokk tax-xogħol waqt l-att sesswali. Iżda li mhux kulħadd jaf hu li mhux biss min tella’ l-filmat li qed jirriskja piena ta’ ħabs u multa, imma wkoll dawk kollha li qed jgħaddu l-filmat lil sħabhom.

Dan għaliex il-liġi Maltija tagħmilha llegali wkoll li wieħed ixerred kontenut pornografiku, anke jekk dan ma’ jsirx b’mod pubbliku. Min jagħmel dan, jista’ jeħel sa sentejn ħabs u multa ta’ mill-inqas €3,000.

Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-filmat u wkoll it-tixrid tiegħu.