Kungress EPP Malta Lokali

RITRATTI: Il-Kap tal-PN Simon Busuttil f’laqgħat mal-Mexxejja Ewropej

Minbarra sensiela ta’ laqgħat relatati mal-kungress, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kellu wkoll sensiela ta’ laqgħat bilaterali ma’ diversi persuni ta’ awtorità u kapijiet ta’ stati.

Fost oħrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni, l-Intern u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos, iltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Irlanda, Enda Kenny.

Simon Busuttil iltaqa’ wkoll mal-eks Prim Ministru tal-Maċedonja Nikola Gruevski,  man-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea dwar Brexit Michel Barnier, mal-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, t-Tkabbir Ekonomiku, l-Investiment u l-Kompetittitivita Jyrki Katainen kif ukoll iltaqa’ mal-viċi Kancillier tal-Awstrija Reinhold Mitterlehner.