Żagħżagħ ta’ 28 sena mill-Millieħa weġġa’ gravi wara li kien involut fi ġlieda fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar għall-ħabta tas-2a.m.
Jirriżulta li fil-ġlieda, ma’ żewġt irġiel oħra, ir-raġel qala’ xi daqqiet u wara ż-żewġt irġiel ħarbu min fuq il-post.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post waslu wkoll Pulizija li qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>