Lokali

FILMAT: U-TURN MINN MUSCAT: L-ewwel jgħajjarna giddibin, imbagħad jagħtina raġun

Kastilja tikkonferma li r-rapport tal-inkjesta kien għandu minn qabel ilbieraħ, u li llum ġiet preżentata verżjoni oħra tar-rapport

Wara li dalgħodu, l-Prim Ministru Joseph Muscat għajjarna giddibin għaliex konna żvelajna li r-rapport tal-inkjesta tal-indħil politiku minn żewġ Ministri fil-każ tat-traffikar tad-droga f’Għawdex kien ilu f’Kastilja, illejla, Muscat kellu jirtira kliemu u ħareġ stqarrija biex jikkonferma dak kollu li żvela netnews.com.mt.


Fl-istqarrija, l-Prim Ministru kkonferma li:

  • ir-rapport tal-inkjesta kien għandu minn tal-anqas mill-bieraħ
  • l-kandidat Laburista John Vassallo, li tqabbad mill-istess Prim Ministru biex jinvestiga liż-żewġ Minisitri Laburisti, kien qiegħed f’Kastilja llum biex jippreżenta t-tieni verżjoni tar-rapport tal-inkjesta
  • L-uniku ħaġa li Muscat għadu ma kkonfermax, iżda NET LIVE żvela d-dettalji kollha dwarha, hi li hemm partijiet mix-xhieda li m’humiex fir-rapport finali li ġie ppreżentat lill-Prim Ministru

Aktar kmieni:

ESKLUSSIVA U AĠĠORNATA: Partijiet mix-xhieda fl-inkjesta tal-indħil fit-traffikar tad-droga mhix fir-rapport finali

ESKLUSSIVA U AĠĠORNATA: Partijiet mix-xhieda fl-inkjesta tal-indħil fit-traffikar tad-droga mhix fir-rapport finali

Dalgħodu netnews.com.mt żvela dan: 

Informazzjoni esklussiva mill-Kabinett ta’ Muscat