Fil-ħin li ġej, netnews.com.mt se jkun qed jiżvela dettalji ġodda u importanti b’rabta mat-tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama u li bdew jinfetħu ħamest ijiem wara l-elezzjoni ġenerali: Hearnville, Tillgate u Egrant.
Il-kumpanija Hearnville hi tal-Ministru Konrad Mizzi, Tillgate hi taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, waqt li Egrant hi ta’ xi ħadd, li mhux Brian Tonna jew NexiaBT u li ismu ma setax jinkiteb b’email iżda ngħadda bi Skype.
Ibqgħu segwu dan is-sit biex tkunu tafu x’inhu dan l-iżvilupp ġdid li se jpoġġi dawl ġdid fuq dan l-akbar skandlu politiku li qatt kien hawn f’pajjiżna.
//= $special ?>