Kunsilli Lokali Lokali

Il-PL jinsisti għal car park mar-Rotunda; il-PN jinsisti għal post ieħor

Mozzjoni mressqa mill-Kunsill Lokali Nazzjonalista favur parkeġġ taħt l-art fil-Mosta

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta, mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista ressqu mozzjoni sabiex isir proġett ta’ parking taħt l-art – proġett li hu bżonnjuż minħabba n-numru kbir ta’ karozzi li jiffrekwentaw il-Mosta, proġett li iżda ma jsirx biswit il-Knisja tar-Rotunda.

Iżda għal din il-proposta bbażata fuq l-ilmenti tar-residenti u tal-ħwienet tad-dawra, il-Kunsilliera Laburisti kollha vvutaw kontra dan il-proġett.

Fil-mozzjoni li ressqu l-Kunsilliera Nazzjonalisti, huma insistew li dan il-proġett hu bżonnjuż minħabba li fil-Mosta ta’ kuljum, qed tiżdid il-konġestjoni tat-traffiku, u n-nuqqas kbir ta’ spazji għall-parkeġġ. Il-Kunsill stqarr li importanti li jinstab sit alternattiv fejn dan il-proġett jista’ jsir u mhux biswit il-Knisja tar-Rotunda fil-Mosta.

Fil-mozzjoni, ntqal li minbarra l-ammont ta’ residenti li dejjem qed jikber, wieħed irid jifhem li hemm aktar minn 7,000 persuna jaħdmu fil-Mosta, u li mistenni jkompli jikber.

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta qal li minkejja l-wegħda u r-Requests for Proposals tal-Gvern biex isir dan il-parkeġġ, hu dejjem inżamm fid-dlam avolja l-Kunsill Nazzjonalista għamel diversi talbiet għal-laqgħat u informazzjoni.