Fl-aħħar ħinijiet Daphne Caruana Galizia kompliet tikxef iktar ħlasijiet li għaddew minn Pilatus Bank.
Fil-blog tagħha, Daphne Caruana Galizia żvelat li Negarin Sadr Hasheminejad li tiġi oħt is-sid ta’ Pilatus Bank Sayed Ali Sadr Hasheminejad, għaddiet flus lis-sieħba ta’ Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Daphne Caruana Galizia qalet li f’Marzu tas-sena li għaddiet, Pilatus Bank irċieva struzzjonijiet urġenti biex jinfetaħ kont għal oħt iċ-Chairman tal-Bank. Il-kont infetaħ immedjatament u minnufih tpoġġew $1 miljun f’loan.
Minn dan, $400,000 kienu trasferiti lil mara Maltija li tgħix fi New York u li għandha negozju tal-ġojjelli li jismu Buttardi.
Buttardi hi d-ditta li twaqqfet bi sħab ma’ Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru. Fl-2014, Michelle Buttigieg, li m’għandha ebda esperjenza fit-turiżmu, inħatret bħala rappreżentanta għat-turiżmu fi New York b’paga ta’ €60,000 fis-sena.
//= $special ?>