Hekk kif ħarġet l-aħbar li l-kumpanija Egrant hija tal-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat, Net News immedjatament mar quddiem il-binja ta’ Pilatus Bank f’Ta’ Xbiex. Hemmhekk stajna nosservaw diversi movimenti u ftit wara fil-fatt dehru ħerġin diversi persuni mill-binja fejn hemm il-Bank Pilatus.
Net News osserva żewġ persuni ħerġin minn wara u jippruvaw jaħarbu mill-kameras. Iżda Net News mar jiġri warajhom. Segwu dan il-filmat.
Taqa’ s-sit ta’ Pilatus.
Ftit wara li ħarġet l-aħbar dwar il-kumpanija Egrant, is-sit ta’ Pilatus Bank taqa’ u ma tkunx aċċessibli għan-nies li qed jipprovaw jagħmlu aċċess għaliha.
//= $special ?>