Lokali

FILMAT: Mir-reazzjoni ta’ Evarist Bartolo dwar Egrant; għad-diskors dwar il-ħalliel tal-katavri u tazza te

Ir-risposti mingħand id-deputati Laburisti aktar ma jmorru, aktar jiżżewqu.

Ir-risposti mingħand id-deputati Laburisti aktar ma jmorru, aktar jiżżewqu. Din id-darba wara li Daphne Caruana Galizia żvelat li f’Marzu tas-sena li għaddiet, il-kumpanija Al Sahra FZCO, għaddiet tranżazzjoni ta’ aktar minn miljun dollaru lill-kumpaniija Egrant Inc, il-kumpanija sigrieta li twaqqfet fil-Panama fl-2013.

Iżda minflok ta’ reazzjoni kif intalab jagħmel minn NET News, ftit mumenti wara li ġie żvelat l-aħbar – il-Ministru Evarist Bartolo infexx jitkellem dwar il-faxxikoli ta’ żmien in-nanna bl-artikli dwar il-ħalliel tal-katavri, dwar it-tazzi te u anke r-rumanzi.

NET News staqsa wkoll  lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo jekk jafx min hu sid il-kumpanija Egrant, hu kompla mad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fejn daħaq u qal li ma jafx.

Tags