Lokali

FILMAT: PANIKU – Żvelati somom kbar ta’ flus mill-Ażerbajġan fil-kumpaniji, Muscat jgħid li ma nbidel xejn

Minflok irrisponda l-mistoqsija ta' NET News, Joseph Muscat ħarab mill-ġurnalisti preżenti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab f’paniku meta jibqa’ jaħrab mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Mistoqsi dwar x’jiġri meta jiġu żvelati d-dokumenti li juru min hu s-sid tat-tielet kumpanija Egrant, flimkien mal-pożizzjonijiet ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri – il-Prim Ministru qal li s-sitwazzjoni għadha l-istess u ma nbidel xejn. Dan meta lbieraħ ġie żvelat li t-tifla tal-President tal-Ażerbajġan mill-kumpanija tagħha għaddiet somom kbar ta’ flus lit-tliet kumpaniji nvoluti fl-iskandlu tal-Panama Papers.

NET News staqsa lil Prim Ministru min hu s-sid tal-kumpanija Egrant, dan wara li l-Prim Ministru fi Frar qal li l-kumpanija hi ta’ Brian Tonna. Iżda hemm prova ċara, iswed fuq l-abjad, li Brian Tonna mhux se jkun l-benefiċjarju tal-kumpanija – kif tixhed il-kitba fl-email.

Għal din il-mistoqsija, il-Prim Ministru qal li din id-domanda għandha ssir lil Brian Tonna u mhux lilu. Iżda NET News insista, li kif jista’ jkun li Joseph Muscat intrabat fi Frar li jgħid li jaf li l-kumpanija hi ta’ Brian Tonna, u issa qe djgħid li ma jafx? Għal din il-mistoqsija, Joseph Muscat minflok rrisponda, ħarab mill-ġurnalisti preżenti.

Aqra aktar hawn dwar dak li ġie żvelat aktar kmieni:

Kemm għaddew flus mingħand it-tifla ta’ Aliyev?