Lokali

FL-AĦĦAR ĦIN: EGRANT HI TAL-MARA TA’ JOSEPH MUSCAT

It-tielet kumpanija sigrieta ‘Egrant’ hija ta’ Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Żvelat dan fl-aħħar ħin il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-istorja ħarġet wara li l-ġimgħa li għaddiet, Caruana Galizia qalet f’artiklu li skopriet l-identita’ ta’ sid it-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama, u li kellha tħabbarha aktar tard.

Fil-jiem li għaddew, il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad kemm-il darba, u bil-qawwa kollha, li l-kumpanija sigrieta ‘Egrant’ hija tiegħu jew ta’ xi ħadd mill-familja tiegħu. Saħansitra kien hedded b’libell lill-ġurnalist ta’ NET News li kien staqsieh jekk ‘Egrant’ tistax tkun tiegħu jew ta’ xi ħadd mill-familja tiegħu.

Il-kumpanija ‘Egrat’ infetħet fl-2013 b’mod mill-aktar sigriet fil-Panama, flimkien ma’ żewġ kumpaniji sigrieti oħra – ‘Hearnville’ ta’ Konrad Mizzi u ‘Tillgate’ ta’ Keith Schembri.

Fi stejjer separati, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia żvelat ukoll li s-sena li għaddiet, għaddew somom kbar ta’ flus minn kumpanija sigrieta ta’ bint il-President tal-Ażerbajġan Aliyev lejn it-tlett kumpaniji sigrieti. Qalet ukoll li fil-kumpanija Egrant daħlu madwar miljun dollaru.

Tags