Lokali

Egrant irċieva aktar minn $1 miljun mill-Ażerbajġan

Leyla Aliyev u Michelle Muscat - Ritratt mill-arkivji

F’Marzu tas-sena li għaddiet, il-kumpanija Al Sahra FZCO, għaddiet tranżazzjoni ta’ aktar minn miljun dollaru lill-kumpaniija Egrant Inc, il-kumpanija sigrieta li twaqqfet fil-Panama fl-2013. It-tranżazzjoni, li kienet deskritta bħala pagament ta’ loan, saret minn kont bankarju ta’ Al Sahra li jinsab f’Pilatus Bank f’Malta għal kont ta’ Egrant f’bank f’Dubaj. Din kienet l-akbar tranżazzjoni f’darba waħda, imbagħad kien hemm pagamenti oħrajn ta’ madwar mitt elf dollaru darbetjn fil-ġimgħa fuq numru ta’ ġimgħat,f’Jannar, Frar u Marzu tas-sena li għaddiet.

Kompliet tiżvela dan il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Kont bankarju ta’ Al Sahra juri li Leyla Aliyev hi l-unika benefiċjarju tal-kumpanija Al Sahra FZCO. Egrant Inc għandha wkoll kont bankarju f’Pilatus Bank, imma l-flus ma tħalsux fil-kont f’dan il-bank imma tħalsu f’kont barra minn pajjiżna.

It-tranżazzjoni kienet tant kbira li qajmet numru ta’ mistoqsijiet mill-bank korrispondenti Amerikan ta’ Pilatus Bank li waqqaf din it-tranżazzjoni, imma wara jiem ta’ negozjati din għaddiet.

Jidher li sakemm il-flus għaddew, ħaddiem tal-kumpanija ta’ Nexia BT, l-istess wieħed li fetaħ il-kumpanija Egrant fil-Panama, ċempel kuljum il-bank biex jara l-iżviluppi fl kien hemm fit-trasferiment tal-flus. L-istess impjegat li fetaħ Egrant kien ukoll il-persuna li fetaħ il-kontijiet bankarji ta’ Tillgate u Hearnville. L-istess bħal Egrant, iż-żewġ kumpaniji l-oħra għandhom kontijiet bankarji f’Dubai.

Il-Mument kienet żvelat dettalji ta’ laqgħat li kien attenda għalihom Muscat waqt iż-żjara tiegħu fid-Dubaj fl-istess żmien li saret din it-tranżazzjoni.

F’reazzjonijiet għal dawn l-aħħar żviluppi Keith Schembri u Konrad Mizzi ċaħdu din l-istorja filwaqt li Brian Tonna issa reġa qal li l-kumpanija Egrant kienet tiegħu.

Tags