#muscatgate Lokali

AĠĠORNATA: It-titjira misterjuża issa lejn Dubaj wara waqfa fl-Ażerbajġan

Id-dokumentazzjoni neċessarja daħlet sitt minuti biss qabel it-tluq

L-ajruplan privat li kmieni dalgħodu ħalla Malta lejn l-Ażerbajġan, issa jinsab fi triqtu lejn Dubaj. Dan wara waqfa qasira fl-Ażerbajġan.

Kien fl-3:56am li telqet din it-titjira privata mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn il-kapitali tal-Ażerbajġan. Titjira privata li qed tkun kunsidrata bħala waħda misterjuża mmens minħabba li l-ajruplan daħħal id-dokumentazzjoni meħtieġa sitt minuti biss qabel it-tluq.

L-ajruplan tal-VistaJet kellu l-permessi kollha meħtieġa sabiex jinżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Baku.