Crew ta’ Net News dalgħodu segwa mill-qrib il-movimenti kollha li kienu qed isiru barra l-Bank Pilatus f’Ta’ Xbiex.
Kien tard ilbieraħ, preċiżament fil-11:45pm wara li nħarġu l-bagalji kollha mill-uffiċċju ta’ Pilatus u wara li ta ċ-ċans li tinqered l-evidenza kollha, meta l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li ordna li ssir inkjesta. Iżda ftit qabel f’konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Kastilja, il-Prim Ministru ma qalx hekk.
Il-Prim Ministru ħabbar li ordna li ssir inkjesta f’telefonata fuq is-Super One.
U aktar minn 12-il siegħa wara Pilatus Bank ħareġ stqarrija jiċħad kollox, qal li ċ-Chairman tal-Bank kien għadu jasal minn Washington u għalhekk kellu l-bagalji. Pilatus ċaħad li għandu xi kontijiet relatati ma Egrant, Hearnville, Tillgate, Joseph Muscat, Michelle Muscat u Michelle Buttigieg.
//= $special ?>