Minkejja li kien mistoqsi diversi drabi mill-ġurnalisti, sid il-Pilatus Bank Seyed Ali Sadr Hasheminejad għażel li ma jweġibx dwar jekk iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-familja Aliyev tal-Ażerbajġan għandhomx kontijiet f’dan il-bank ta’ Ta’ Xbiex. Is-sid tal-Bank kien iffaċċjat mill-ġurnalisti wara ġurnata fil-Qorti waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-inkjesta li qed issir wara li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia żvelat li l-kumpanija Egrant hi tal-mara tal-Prim Ministru, u li kien hemm trasferimenti ta’ aktar minn miljun dollaru fil-kont tal-kumpanija Egrant.
U llum, sid il-Pilatus Bank għamel ġurnata l-Qorti sakemm tard illejla, ħareġ u kien iffaċċjat mill-ġurnalisti b’mistoqsijiet dwar kontijiet taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-familja Aliyev tal-Ażerbajġan. Minkejja li kien mistoqsi kemm-il darba, sid il-Bank Seyed Ali Sadr Hasheminejad għażel li ma jweġibx.
//= $special ?>